Din is-sena l-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar numru ta’ knejjes li għandhom rabta kbira mal-pellegrini u għalhekk ġew magħżula biex ikunu knejjes tal-Ġublew 2025. Waħda minn dawn il-Knejjes u postijiet meqjusa sagri, hija l-bażilika u kolleġġjata tal-Isla.
Fil-fatt tkellimna mal-Arċipriet ta’ din il-Knisja Fr. Robin Camilleri fejn spjegalna li ser ikunu qiegħdin isiru diversi attivitajiet Spiritwali fosthom fil-ġimgħa tal-pellegrinaġġ ta’ Ġesù Redentur u fil-festa tiegħu.
Huwa kompla jgħid li dan il-Ġublew l-insara qed jiġu msejjħa biex isaħħu l-fidi tagħhom f’Alla.
‘’Jiena l-appell tiegħi għal dan il-Ġublew hija ejjew niftħu qalbna beraħ ħalli nilqgħu l-messaġġ tal-Papa Franġisku, ħalli Ġesù jidħol fil-qalb tagħna, din hija t-tama tagħna, aħna nittamaw li Ġesù jista’ jeħlisna jista’ jsalvana.’’
Arċipriet Robin Camilleri