L-istat Ġermaniż tal-Bavarja ħabbar li se jkun qed jipprojbixxu l-velu li jgħatti l-wiċċ kollu f’postijiet governattivi, skejjel, universitajiet u kif ukoll waqt is-sewqan.
Il-Ministeru tal-Intern tal-Istat, Joachim Herrmann, qal li “il-komunikazzjoni ma ssirx biss bil-kliem iżda wkoll bil-ħars, bl-espressjonijiet tal-wiċċ u kif ukoll bil-mossi.”
Diversi persuni qed jikkritikaw din il-projbizzjoni fejn qed jgħidu li din id-deċiżjoni mhux se tkun ta’ impatt kbir fi stat li m’għandux ammont kbir ta’ Musulmani.