Li kieku mqar semgħu d-diskors tal-Prim Ministru dalgħodu fil-Mosta, minflok ħarġu stqarrija li evidentament kienet lesta minn qabel, id-19-il Deputat Nazzjonalista kienu jkunu jafu li lill-Partit Laburista ma tagħmillu ebda differenza min se jirrenja bejn il-fazzjonijiet differenti tal-Oppożizzjoni, qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Ikunx Adrian Delia, Claudio Grech, Therese Commodini Cachia, jew kollha flimkien, il-Partit Laburista jinteressah biss li jkompli jagħmel il-ġid fil-pajjiż u meta jasal il-waqt imur b’wiċċu minn quddiem għall-fiduċja tal-poplu Malti.
Il-Partit Laburista temm jgħid li f’Malta u Għawdex teżisti s-serenità u l-istabbiltà. Il-battalja interna hija biss tal-Partit Nazzjonalista. Daħal fiha hu u jrid isolviha hu.