Il-bastiment Sea Watch b’353 immigrant abbord se jkun qed jidħol f’Palermu, fi Sqallija.
L-għaqda Sea Watch stess ikkonfermat dan.
Intqal li l-ewwel, l-immigranti se jiġu trasferiti fuq vapur ieħor biex jinżammu kwarantina, imbagħad jitniżżlu l-art, fl-Italja.
L-immigranti ilhom minn tal-inqas ħdax-il jum bejn sema’ u ilma, abbord il-bastiment Sea Watch 4.
Uħud mill-immigranti kienu ilhom iżjed fuq il-baħar wara li kienu fuq bastiment ieħor.
Abbord is-Sea Watch 4 kien hemm immigranti li ttieħdu mill-vapur MV Louise Michel.
Il-Gvern Malti żamm sod mal-pożizzjoni tiegħu u dejjem saħaq li ma jdaħħalx immigranti li jġibu l-vapuri tal-għaqdiet mhux governattivi.
Malta kienet ċara mal-għaqdiet u mal-pajjiżi li tagħhom il-vapur itajru l-bandiera, li ma jistgħux iniżżlu immigranti f’pajjiżna.
Il-gwardja tal-Kosta Taljana kienet diġà ħadet madwar ħamsin immigrant minn fuq il-bastiment Sea Watch 4.
Dawn kienu tfal u l-familji tagħhom.