Il-bastiment Chem P. reġistrat fl-Istati Uniti, li s-Sibt għodu nkalja f’Baħar iċ-Ċagħaq kawża tar-riħ qawwi, issa jinsab f’tal-Prajjiet, magħrufa bħala Anchor Bay, faċċata eżatt ta’ Popeye Village.
F’temp iżjed favorevoli, wara li l-kaptan ankra t-tanker f’Baħar iċ-Ċagħaq, illum il-bastiment salpa lejn il-kosta tal-Punent tal-kosta Maltija.
Il-laneċ tal-irmonk (tug boats) kienu pedina importanti għal bastiment b’tul ta’ ftit aktar minn mitejn metru.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg kien saħaq li r-riskju ta’ tniġġis minn dan it-tanker kien baxx ħafna.