Reġa’ telaq lejn Sqallija l-bastiment Golfo Azzuro li fl-aħħar sigħat kien maqbud bejn sema u ilma lil hinn mill-Kosta Maltija wara li l-awtoritajiet Maltin u Taljani ma laqgħux it-talba li jidħol bl-immigranti f’Lampedusa.
Il-Gvern Malti argumenta li skont regoli internazzjonali l-immigranti kellhom jittieħdu lejn l-eqreb port sigur u dak ma kienx f’Malta. Il-vapur jitmexxa minn għaqda mhux governattiva Spanjola u qabel ittieħdet id-deċiżjoni li jmur lura Sqallija ħaddiema minn tiegħu tniżżlu Malta minn fejn qabdu ajruplan lejn pajjiżhom.
Il-Golfo Azzuro issa se jidħol Pozzallo akkumpanjat minn patrol boat tal-ħarsien tal-kosta.