Il-bastiment kummerċjali MV Marina li fuqu hemm 79 immigrant qabad triqtu lejn Sqallija fejn hu maħsub li dawn l-immigranti se jitniżżlu f’xi port Taljan.
Dawn l-immigranti waslu abbord dan il-vapur wara li Malta kkordinat operazzjoni ta’ salvataġġ ta’ dawn l-immigranti li kienu fuq dgħajsa li daħlet fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna.
Il-vapur imbagħad resaq lejn il-gżira ta’ Lampedusa li hija parti mit-territorju Taljan.
Fl-aħħar sigħat hu mifhum li l-awtoritajiet Taljani talbu lil kaptan tal-vapur biex ibaħħar lejn Sqallija.