Bħalissa fil-Port il-Kbir hawn il-bastiment Amerikan USS Paul Ignatius, li hu mgħammar, fost l-oħrajn, b’żewġ ħelikopters.
Il-vapur hu msemmi għall-eks Segretarju tal-Flotta Navali Amerikana, li għadu ħaj fl-għomor ta’ mija u erba’ (104) snin.
Dan il-vapur ibbażat fi Spanja jdur madwar il-Mediterran inkarigat biex jiżġura s-sigurtà fir-reġjun.
ONE News tkellem mal-Kaptan tal-vapur, li ffoka partikolarment fuq il-ħaddiema.
“But the culture on this ship is amazing, the crew comes together and embrace the command philosophy, effort and teamwork. And they challenge themselves every day and do the hard things, they never give up themselves or their team mates and they continue to learn no matter if they succeed or fail, in every challenge.”
Kaptan Joseph D.Philips, USS Paul Ignatius
Il-ħaddiema tal-vapur, li jgħoddu għal madwar 300, jinsabu għal ftit mistrieħ f’pajjiżna.
Staqsejna lill-Kaptan Philips ukoll dwar x’jaħseb fuq Malta.
“And we saw the Blue Lagoon and we were blown away, it’s breathtaking. We had a wonderful experience, we had a wonderful meal and every single person we interacted with was friendly and I hope to come here someday.”
Kaptan Joseph D.Philips, USS Paul Ignatius
Il-bastiment USS Paul Ignatius se jħalli Malta t-Tlieta.