Malta: Pjaċir fix-Xemx!
Hekk huwa intitolat parti minn artiklu fl-Expat Insider.
Pajjiżna klassifika fit-tieni post fost l-aktar postijiet ideali għal min jgħix barra minn pajjiżu. Dan ifisser li mexa post wieħed fuq is-sena li għaddiet, b’hekk issupera l-Messiku, li qabel kien fit-tieni post. It-Taiwan ikklassifika fl-ewwel post.
Malta marret tajjeb ħafna f’kemm wieħed isib ruħu komdu meta jgħix barra pajjiżu. U kisbet l-ewwel post f’kemm wieħed jirnexxilu jidra l-kultura lokali u jagħmel ħbieb. Aktar minn erbgħa minn kull persuna barranija li tgħix f’Malta (41%) tgħid li huwa faċli mmens li tidhra hawn Malta. Dan meta l-medja globali hija 16%.
Fl-indiċi reltatat mal-kuntentizza tal-ħidma ta’ barranin f’pajjiżna, Malta kisbet il-ħames post. Fl-hekk imsejjaħ ‘Personal Finance Index”, Malta qabżet mit-42 post għas-sitt post. Kwart tar-residenti barranin kollha qalu li huma kompletament sodisfatti bis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Dan minkejja li terz tal-‘expats’ kollha qalu li d-dħul tagħhom hawn Malta huwa inqas minn kemm kienu jaqilgħu f’pajjiżhom.
Fejn jidħol l-indiċi dwar il-kwalità tal-ħajja, Malta ġiet fis-sitt post, b’ħafna kuntenti bit-temp u l-klima.
Fi kliem is-sit stess:
Three-quarters of expats say they couldn’t be more pleased with it, and not a single respondent has something negative to say! With such glowing results, it’s perhaps no surprise that almost half the expats in Malta are planning to stay forever (49%), significantly higher than the global average of 31%.