“Ask Me” – basta mhux fuq ċedoli, invoices, tax audits jew frodi ta’ fondi Ewropej.
Dalgħdu qabel attività politika tal-Partit Nazzjonalista, reġgħu ħarġu l-bramel biex jinġabru dawk il-ftit ċekċik minn dawk preżenti.
Mentri jiġbor il-muniti, il-flus fid-Dar Ċentrali dieħlin għal dawk li ma tneħħilhomx l-impjieg għal xi raġuni jew oħra.
Dalgħodu l-Kullħadd tiżvela li wieħed mill-istrateġisti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista jitħallas hu wkoll permezz tal-iskema frodi minn fondi tal-Parlament Ewropew li jħaddem il-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil.
John Zammit, l-editur politiku tal-midja tal-Partit Nazzjonalista jieħu l-paga permezz ta’ sistema li tuża l-Membru tal-Parlament Ewropew Therese Commodini Cachia. Minn fondi Ewropej toħroġ l-eluf ta’ ewro biex John Zammit ikun jista’ jaħdem għal Simon Busuttil.
Għal Zammit, m’hemmx bżonn muniti jċekċku fil-barmil.