Uffiċjalment, il-Barbados sar repubblika wara li f’ċerimonja fil-kapitali Bridgetown, neħħa lir-Reġina Eliżabetta t-Tieni minn kap ta’ stat.
Sandra Mason ħadet il-ġurament bħala President f’ċerimonja matul il-lejl li ħabtet fil-ħamsa u ħamsin anniversarju mill-Indipendenza.
Il-Prinċep ta’ Wales u l-kantanta mill-Barbados Rihanna, kienu fost il-persuni preżenti għaċ-ċerimonja.
F’att simboliku tal-bidla uffiċjali tal-poter, saret tislima finali lill-monarkija Brittanika u tniżżlet il-bandiera tar-Royal Standard.
Il-Prinċep Charles semma r-rabtiet kontinwi bejn iż-żewġ pajjiżi minkejja l-bidla fl-istatus kostituzzjonali.