L-arti tista’ tiġi espressa f’diversi modi u stili differenti dejjem skond kif jgħogbu l-artist. Dan kapaċi wkoll jirrifletti l-ġewwieni emozzjonali tiegħu jew tagħha.
Għad hawn ħafna nies li jippreferu stil barokk fl-arti; kemm fl-iskultura u anke fil-pittura. Imma din li qed naraw, hija l-arti moderna li tinzel tajjeb ukoll ma’ bosta u ta’ min wieħed jammiraha u japprezza.
Hemm min iħobb kull stil u għalhekk, kif jgħid il-Malti: il-baqra tinbiegħ kollha.
Min jidħol fil-kapitali, jista’ jara mill-viċin din l-arti sabiħa fosthom fi Pjazza Kastilja.
Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef, Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista, u l-artist Joel Saliba varaw l-installazzjonijet temporanji aktar kmieni illum. Il-proġett artistiku ‘Kif Jgħid Il-Malti’ jieħu dawn il-qwiel bil-ħsieb li jesponi l-wirt lingwistiku tal-Ilsien Malti. Dan ukoll b’riflessjoni fuq is-sena 2018, li l-Unjoni Ewropea wkoll, ser tkun qed tiċċelebra bħala s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali peress li l-Ilsien Malti hu patrimonju kulturali. Joel Saliba, l-artist li ħoloq dawn l-installazzjonijiet permez ta’ disinji li jġegħlu l-pubbliku jaħseb u jirrifletti fuq il-lingwa.
Dan il-proġett appoġġgjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, huwa xogħol artistiku ta’ Ikona Artworks Ltd, it-tim kreattiv li ħareġ bil-kunċett u ħoloq id-disinji għal dan il-proġett huwa magħmul minn Joel Saliba u Margaret Pace mgħejjuna fil-proċess u r-riċerka minn Sarah-lee Zammit. Chris Galea tal-ko-ordinamnet loġistiku u lil kumpanija Perry Scenic Ltd tal-manifattura.
Ritratti ta’ Denis Mugiwara.