Fis-sena tal-pandemija, il-bank HSBC kellu profitt ta’ għaxar miljuni u erba’ mitt elf ewro, qabel it-taxxa.
Dan tħabbar waqt webinar li matulu ġew ippubblikati r-riżultati tal-bank għas-sena elfejn u għoxrin.
Intqal kif l-użu tal-banking fuq il-mobile, irdoppja fuq is-sena ta’ qabel, filwaqt li l-ħlas bil-cards naqas minħabba n-nuqqas ta’ safar fl-elfejn u għoxrin.
Is-self żdied bi tmint elef ewro u d-depożiti żdiedu b’sitta fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.
Matul is-sena tal-pandemija, il-bank HSBC għen lin-negozji Maltin jinvestu barra mill-pajjiż billi ta mija u tletin miljun ewro.