Il-ġgant bankarju UBS ġie mmultat tlieta punt sebgħa biljun ewro minħabba frodi ta’ taxxa.
Dan minn Qorti Franċiża li sabet li bejn l-2004 u l-2012 il-bank illegalment għen lil klijenti Franċiżi jaħbu biljuni ta’ ewro mill-awtoritajiet tat-taxxi Franċiżi.
Minbarra l-multa, il-bank ġie ordnat iħallas danni b’valur ta’ tmien mitt miljun ewro lill-istat Franċiż.