Il-Gvern u l-Oppożizzjoni qablu mat-twaqqif tal-Bank Malti tal-izvilupp. Wegħda elettorali ta’ dan il-gvern, sabiex il-bank jgħin proġetti li jistgħu jkunu kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjizna.
It-tmexxija tal-bank tal-izvilupp se tkun awtonoma u indipendenti mill-Gvern. Filfatt il-Gvern se jikkonsulta mal-Oppożizzjoni sabiex tintgħazel it-tmexxija tal-Bank.
Imma dan il-bank, għaliex huwa daqshekk importanti? X’differenza se jagħmel għall-pajjiż u kif inhu differenti minn banek oħra? Tkellimna mad-Deputat Prim Ministru, Louis Grech.