Il-Bank of Valletta ngħata l-Premju ta’ Eċċellenza ‘Euro STP (Straight Through Processing) Excellence Award’ minn KBC Bank N.V., talli ‘laħaq standards estremament għoljin fl-livelli operattivi’.
Il-premju jirrikonoxxi l-kwalità eċċezzjonali li l-Bank of Valletta laħaq fil-messaġġi bis-SWIFT għall-pagamenti bl-Euro, b’rata mill-aqwa ta’ rimessi mingħajr żbalji.
‘Il-Bank of Valletta qiegħed dejjem iħabrek biex joffri servizz tal-ogħla kwalità fil-firxa wiesgħa kollha tal-prodotti u s-servizzi tiegħu,’ qal Noel Scerri, Kap Eżekuttiv tal-Operations fil-Bank of Valletta. ‘Il-KBC Bank N.V. jirrikonoxxi l-livell rekord tal-Bank of Valletta ta’ 99.59 % tat-tranżazzjonijiet bl-Euro b’mod STP. Dan jiżgura veloċità massima għat-twettiq tat-trasferimenti li jiffaċilitaw il-kummerċ internazzjonali.’
‘Din ir-rata mill-aqwa mingħajr żbalji għar-rimessi hija kombinazzjoni tal-arkitettura tal-pagamenti interna avvanzata u tat-taħriġ kontinwu li jingħata lill-membri tal-persunal tagħna li jagħtihom is-setgħa jwettqu l-kompiti tagħhom bl-ogħla standards,’ ikkonkluda s-Sur Scerri.