Il-Grupp BOV irrapporta qligħ qabel it-taxxa ta’ €46.5 miljun għall-ewwel kwart tal-2023, li jfisser żieda ta’ €24 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Iċ-Chairman tal-BOV, Dr Gordon Cordina, iddeskriva dna ir-riżultat bħala wieħed estremament inkoraġġanti, u indikazzjoni ċara tax-xejra pożittiva li kien qed jirreġistra l-Bank matul ix-xhur li għaddew.
Huwa nnota li dan ir-riżultat inkiseb filwaqt li l-Bank żamm ir-rati tal-imgħax prinċipali tiegħu stabbli, filwaqt li pprovda lill-klijenti tiegħu b’għażliet aħjar biex jimmaniġġjaw il-flus tagħhom u jippjanaw għall-pensjoni.