L-HSBC qed jissospendi t-talba ta’ ħlas ta’ €5 lill-dawk il-klijienti li ma jiddepożitawx €2,300 kull 3 xhur.
Dan wara laqgħat li l-Bank Ċentrali u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (l-MFSA) kellhom mal-bank HSBC.
Fi stqarrija konġunta maħruġa mill-MFSA u l-Bank Ċentrali ngħad kif l-awtoritajiet qed iħeġġu lil dan il-bank biex jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu. Dan filwaqt li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Ilbieraħ ONE News irrapporta kif dawk ‘il fuq minn 61 sena qed jintalbu jitfgħu fil-kont kurrenti jew tat-tfaddil, mill-inqas €1,250 kull tliet xhur, inkella wkoll jeħlu l-ħames ewro fix-xahar.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/01/14/komunikat-tal-bank-hsbc-iqajjem-furur-wara-talba-ta-hlas-jekk-ma-titfax-bizzejjed-flus-ghandu/