Il-Bank Dinji ddedika 12-il biljun dollaru Amerikan għall-aktar pajjiżi foqra u f’riskju, u li għadhom qed jiżviluppaw, biex jilqgħu għall-imxija tal-Coronavirus.
Il-pakkett jinkludi self, għotjiet u assistenza teknika.
Din l-għajnuna tal-Bank Dinji għandha l-għan li tgħin pajjiżi jtejbu s-saħħa pubblika fid-dawl tal-kriżi, fl-istess waqt li jaħdmu mas-settur privat biex inaqqsu l-impatt ekonomiku.
Din l-azzjoni ttieħdet wara li diversi mexxejja minn madwar id-dinja wegħdu li se jipproteġu lil pajjiżhom mill-impatt ekonomiku tat-tifqiegħa, hekk kif ħarġu diversi twissijiet li r-riperkussjonijiet ta’ dan il-virus jistgħu jpoġġu numru ta’ pajjiżi f’riċessjoni.
Ritratt: Getty Images