F’aġġornament ekonomiku ieħor li ħareġ il-Bank Ċentrali ta’ Malta ntqal li f’Settembru il-kundizzjonijiet tan-negozju tjiebu meta mqabbel max-xahar ta’ qabel.
F’analiżi li għamel, il-Bank Ċentrali qal li l-indikatur tas-sentiment ekonomiku tela’ bi ftit meta mqabbel ma’ Awwissu.
Il-Bank Ċentrali semma wkoll it-tnaqqis tal-qgħad u kif r-rata tal-qgħad baqgħet relattivament baxxa.