F’Settembru, l-Indiċi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju baqa’ pożittiv u anke indikaturi makroekonomiċi komplew jirkupraw mil-livelli baxxi ħafna li ġew osservati s-sena l-oħra, meta faqqgħet il-pandemija.
F’rapport dettaljat, il-Bank Ċentrali nnota li kompla jonqos il-qgħad.
Intqal li l-valur tas-self kemm lill-familji u n-negozji, li kien soġġett għal moratorju sal-aħħar ta’ Awwissu wkoll komplja jonqos.
Fi kliem il-Bank Ċentrali ta’ Malta, dan jirrifletti rkupru fid-dħul u t-tmiem tal-perjodu tal-moratorji għal ċerti benefiċċjarji. Intant statistika tal-EUROSTAT uriet li x-xahar li għadda, Malta kellha l-inqas rata ta’ inflazzjoni fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.