Fix-xahar ta’ Awwissu, il-kundizzjonijiet tan-negozju tjiebu meta mqabbla max-xahar ta’ Lulju.
Dan intqal f’aġġornament ekonomiku ppubblikat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Intqal kif f’Awwissu, ir-rata tal-qgħad kompliet tonqos, meta mqabbel max-xahar ta’ Lulju.
F’dan ir-rapport, il-Bank Ċentrali qal kif żdied l-indikatur tas-sentiment ekonomiku meta mqabbel max-xahar ta’ qabel. Dan seħħ l-aktar fis-setturi li joffru servizzi u l-industrija.
Il-Bank Ċentrali qal kif l-inflazzjoni baqgħet baxxa, hekk kif minn 1% f’Ġunju niżlet għal 0.7% f’Lulju.