It-tkabbir ekonomiku fi tliet snin li ġejjin mistenni jibqa’ b’saħħtu fit-tliet snin li ġejjin, fil-livell ta’ bejn 4% u 5%.
Dan sostnieh il-Bank Ċentrali ta’ Malta, li fi stqarrija bassar li t-tkabbir fis-suq tax-xogħol mistenni jistabilizza waqt li l-finanzi pubbliċi mistennija jibqgħu f’bilanċ pożittiv.
Dwar il-qgħad, il-Bank Ċentrali qed jgħid li matul is-sena d-dieħla dan se jibqa’ baxx, bir-rata 4.3%.
Il-Bank Ċentrali sostna li għal din is-sena l-ekonomija f’termini reali għandha tikber b’4.5% ħamsa punt erbgħa fil-mija.
L-analiżi tal-Bank Ċentrali żżid tgħid ukoll li l-finanzi tal-Gvern huma mistennija jibqgħu f’bilanċ pożittiv filwaqt li r-rata tad-dejn imqabbla mal-prodott domestiku gross mistenni li jinżel għal madwar 40% sal-2020.