Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l‑aħħar tbassir ekonomiku tiegħu. Fih qal li l‑attività ekonomika f’Malta hi mistennija li tibqa’ b’saħħitha.
Isemmi bħala raġunijiet partikolari, ir‑riformi fl‑enerġija li saru matul dawn l‑aħħar snin, proġetti ġodda ta’ investiment, żieda fil‑parteċipazzjoni fis‑suq tax‑xogħol u esportazzjoni qawwija ta’ servizzi huma l‑istimoli ewlenin li jsostnu t‑tkabbir ekonomiku.
It‑tkabbir fil‑PDG reali hu mbassar li jkun 4.3% għall‑2016. Hu mbassar imbagħad li għal 4.1% fl‑2017, 3.7% fl‑2018, u 3.3% fl‑2019.