Il-Bank Ċentrali spjega li d-data ippubblikata turi li l-attività fis-servizzi baqgħet l-istimolu ewlieni għat-tkabbir ekonomiku. Ir-ritmu b’saħħtu tat-tkabbir ekonomiku ġie rifless fiq-suq tax-xogħol, bil-Bank Ċentrali jinnota li l-impjiegi f’pajjiżna komplew jiżdiedu filwaqt li l-qgħad naqas u laħaq livell baxx storiku ġdid.
Liema żieda seħħet minħabba l-impjiegi full-time, li żdiedu b’6,160 f’termini assoluti. Bil-Bank Ċentrali jispjega li l-ħaddiema żdiedu b’2.2% primarjament minħabba żieda qawwija fir-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa, għalkemm ir-rati tal-parteċipazzjoni tal-irġiel żdiedu ukoll.
Ir-rapport annwali juri li l-ekonomija Maltija kienet ferm aqwa minn ekonomiji oħra ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, riżultat ta’ riformi strutturali fis-settur tal-enerġija u fis-suq tax-xogħol.
Intant fl-2017 u l-2018 ir-ritmu tal-attività mistenni li jkun ta’ 4%. Ir-ritmu b’saħħtu ta’ tkabbir li mistenni jkompli jseħħ.