Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Banque d’Algérie; il-bank ċentrali Alġerin qablu li jorganizzaw laqgħa annwali ta’ livell għoli.
Id-Direttur tal-Bord Philip Meli u l-Kap tad-Dipartiment tal-Komunikazzjonijiet u Relazzjonijiet Internazzjonali Silvio Galea, iltaqa’ mal-Gvernatur Mohamed Loukal, il-Viċi Gvernatur Said Maherzi u l-Konsulent tal-Gvernatur Abed Hocine f’Algiers il-ġimgħa li għaddiet.
Il-promozzjoni tas-servizzi bankarji biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tas-servizzi u investimenti bejn iż-żewġ pajjiżi kienet għolja fuq l-aġenda tal-laqgħa. Ġiet diskussa wkoll il-kollaborazzjoni fit-taħriġ u l-edukazzjoni ulterjuri fl-istudji bankarji ċentrali.