Tfal tal-iskola, tajru l-bandiera tal-Commonwealth ftit ħin qabel l-isparaturi mat-tokki ta’ nofsinhar fil-barrakka ta’ fuq. Din kienet l-ewwel fuq l-aġenda tal-lum, jum li fih il-pajjiżi li fl-antik kienu kolonji Ingliżi qed ifakkru l-jum iddedikat għall-Commonwealth.
B’rabta ma dan il-jum, il-Prim Ministru Joseph Muscat, li bħalissa huwa l-Commonwealth chair in office, jinsab f’Londra fejn se jkun qed jagħti diskors u jieħu sehem f’laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May.
It-tfal se jingħataw ukoll ċ-ċans li jsaqsu u jgħaddu l-messaġġi ta’ paċi tagħhom f’dan il-jum.