Dar f’Londra ħasbet li filwaqt li tfakkar il-75 anniversarju minn tmiem il-gwerra billi tperper bandiera tar-Renju Unit, tfakkar ukoll l-irwol ta’ Malta f’dan l-avveniment storiku.
Din kienet l-idea ta’ koppja – raġel Ingliż u mara Maltija.
B’mod simili għal dak li qed jiġri f’pajjiżna, fir-Renju Unit miljuni ta’ djar qegħdin itajru l-famuż Union Jack mat-twieqi u l-gallariji.
Dan mhux biss biex ifakkru dan l-anniversarju ta’ Jum ir-Rebħ fl-Ewropa, iżda wkoll bħala messaġġ ta’ kuraġġ fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus.