Għall-ewwel darba fl-istorja tar-Reġistru tal-Bastimenti, Malta ġiet rikonoxxuta mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti.
Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport Aaron Farrugia, li spjega li din hija aħbar tajba ħafna għall-bandiera Maltija, hekk kif tkompli tikkonferma l-pożizzjoni ta’ pajjiżna bħala stat tal-bandiera tal-ogħla prestazzjoni.
Il-Ministru Farrugia qal kif dan huwa riżultat ta’ investiment kontinwu fin-nies, it-teknoloġija tad-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili f’Malta li biha jivverfika l-vapuri, u komunikazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Kontroll tal-Istat tal-Port.
Il-Ministru għat-Trasport Aaron Farrugia saħaq kif l-istrateġija tal-gvern f’dan il-qasam qed tħalli l-frott u qal kif dan huwa messaġġ ċar ieħor lill-imsieħba biex ikomplu jtejbu l-kwalita tal-bandiera Maltija.