F’Ħaż-Żabbar il-membri tal-banda tal-Partit Laburista ħadu sehem fil-korteo funebri ta’ Mro John J. Pace fi tmiem quddiesa praesente cadavere li saret fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja.
Mro Pace, li kien is-surmas tal-Banda tal-Partit Laburista bejn l-1980 u l-1989, ħalla din id-dinja nhar l-Erbgħa fl-għomor ta’ 78 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-korteo funebri daqqew tmien baned tal-festa li kien Surmast Direttur tagħhom tul is-snin, filwaqt li l-membri tal-banda tal-Partit Laburista mxew magħhom.
Mro Pace kien ukoll kunsillier Laburista f’raħal twelidu, Ħaż-Żabbar, kif ukoll bħala segretarju tal-kumitat lokali tal-Partit Laburista fl-istess lokalità.
ONE News jagħti l-għomor lill-qraba ta’ John J. Pace.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/27165251/WhatsApp-Image-2023-02-27-at-16.06.46-1024x576.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/27165251/WhatsApp-Image-2023-02-27-at-16.05.46-1024x576.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/27165251/WhatsApp-Image-2023-02-27-at-16.05.30-1024x462.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/27165251/WhatsApp-Image-2023-02-27-at-16.08.17-1024x576.jpeg)