Nhar l-4 ta’ Diċembru, fil-Katidral tal-Imdina se jsir il-premier tal-Oratorju Ġużeppi kieku taf!, b’mużika tal-Maestro Raymond Sciberras u lirika ta’ Sebastian Saliba.
Imbagħad, erbat ijiem wara, fit-8 ta’ Diċembru se tittella’ wkoll Akkademja Mużika Letterarja fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq.
Għalhekk bl-avvenimenti li se jsiru f’Diċembru bħala ċelebrazzjoni għas-sena li hija ddedikata għal San Ġużepp, il-Banda San Ġużepp Ħal Għaxaq ser idoqq ġo żewġ Katidrali: dak ta’ Għawdex 23 ta’ Jannar u fl-4 ta’ Dicembru 2021 fil-Katidral tal-Imdina.
Dan l-avveniment qed isir b’fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti.