Il-Banda San Ġiljan ser tkun qed tiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet tal-95 sena anniversarju, b’kunċert ta’ mużika klassika ġewwa l-Portomaso Suite fil-lukanda Hilton nhar l-4 ta’ Frar 2020 fit-8 ta’ filgħaxija.
Taħt id-direzzjoni tas-Surmast tagħha, Etienne Spiteri, il-Banda San Ġiljan ser tkun qed tesegwixxi wħud mill-aktar repertorju diffiċli tal-era klassika, fosthom il-Capriccio Espagnol tal-kompozitur Nicolai Rimsky Korsakov. Flimkien mal-Banda ser tingħaqad is-solista fuq il-Klarinett, Jessica Ellul li ser tkun qed tinterpreta t-tieni kunċert għall-klarinett mill-pinna ta’ Carl Maria Von Weber.
Dan il-kunċert miftuħ għall-pubbliku u d-dħul huwa b’xejn. Kull min jixtieq jattendi mitlub jibgħat e-mail fuq: bandasangiljan@gmail.com. Ħajr lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan tal-kollaborazzjoni. Il-miżuri tas-saħħa kontra l-imxija tal-Covid19 ser jiġu mħarsa bir-reqqa.
Aktar informazzjoni tinsab fuq il-paġna ta’ Facebook: https://www.facebook.com/stjuliansband