Il-Banda San Gejtanu ħejjiet diversi attivitajiet marbutin mal-500 anniversarju mit-twaqqif tal-Ordni tat-Teatini.
L-attivitajiet jibdew mill-Ħamis 11 ta’ April fis-7.30 p.m., fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Gejtanu fejn se tittella’ akkademja mużikali.
Il-Banda San Gejtanu se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Jonathan Borg u ssir fil-preżenza tal-Vigarju Ġenerali tal-Ordni tat-Teatini Marcelo Raul Zubia.
Id-dħul hu b’xejn.
Imbagħad is-Sibt 13 ta’ April fis-6.30 p.m., il-Banda San Gejtanu se tkun qed iddoqq fil-quddiesa fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Gejtanu.
Din il-quddiesa qed issir biex jitfakkar jum il-kanonizzazzjoni tal-patrun San Gejtanu.