Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Qaddisin Innoċenti Martri iċċelebrat illum u Jum il-Paċi imfakkar fl-1 ta’ Jannar; fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, il-Birgu, intrama’ presepju b’differenza biex ifakkar il-vittmi tal-gwerra u dak li qed jiġri ġewwa l-Art Imqaddsa.
Lill-Ġesu’ Bambin insibuħ taħt il-ġebel tal-bricks: biex infakkru li diversi tfal qegħdin jinqatlu jew jinstabu ħajjin taħt it-tifrik tal-bini bil-qerda tal-bombi. Il-Pasturi huma żgħar ikomparati mal-Bambin għax qegħdin il-bogħod. Hemm ħafna familji li
spiċċaw il-bogħod minn xulxin.
Il-Madonna u San Ġużepp qegħdin il-bogħod minn Ġesu’ Bambin u hemm il-ġebel quddiemhom biex juri l-fatt, li ħafna ġenituri qegħdin ifittxu lil uliedhom qalb it-tifrik jew jibku lil uliedhom li tilfu.
Il-Maġi wkoll qegħdin il-bogħod mill-Bambin qalb il-ġebel: biex juru li l-għajnuna lil dawn il-popli qeda tkun diffiċlu u li diversi tfal kienu mċaħħdin mir-rigali u l-ferħ tal-Milied.
Il-Baqra u l-Ħmara wkoll qegħdin il-bogħod minn Ġesu’ Bambin – turi l-fatt li hemm diversi tfal u familji li qegħdin ibagħtu l-kesħa.
Insibu wkoll ix-xemgħa mixgħula li turi li Ġesu’ Kristu huwa d-dawl u t-tama’ tagħna. Wara x-xemgħa insibu fergħa taż-żebbuġ li tisimboliza l-paċi u l-bnadar tal-Palestina u Iżrael.
In-nies qegħdin jiġu mħeġġa biex quddiem dan il-presepju mhux tas-soltu jitolbu għall-Paċi fl-Art Imqaddsa