Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika avża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fil-Balluta (madwar il-klabb tal-Waterpolo) hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Nhar it-2 ta’ Awwissu, id-Direttorat kien avża li ma kienx rakkomandat li jsir għawm fl-inħawi tal-Balluta minħabba kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma baħar u li kienet qed tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI