Tnediet edizzjoni oħra tal-ballu tal-qamar t’Awwissu. Dan se jsir is-Sibt 6 t’Awwissu, bl-iskop li d-dħul kollu jmur ghall-Malta Community Chest Fund.
Meta ħabbret dan f’konferenza tal-aħbarijeit, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-għan tal-Malta Community Chest Fund jibqa’ dak li jkunu salvati l-ħajjiet. F’każijiet oħra jkun żgurat li l-pazjenti u l-qraba tagħhom jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar sakemm iħallu din id-dinja.
Il-President spejagt li kull sena fil-ballu jkunu ntrodotti elementi ġodda, sabiex ma jsirx monotonu.
Iċ-chairperson tal-kumitat organizzattiv, il-Marchesino Daniel de Petri Testaferrata, qal li karozzini li ntużaw is-sena li għaddiet intgħoġbu, u ghalhekk se jerġaw jintuzaw. Kull min ikun irid, mill-grada prinċipali sal-bieb prinċipali tal-palazz Verdala, jitwassal permezz ta’ karozzin, fejn imbagħad jieħu b’idejn il-President u r-raġel tagħha Edgar Preca, u jsib postu għall-ballu. Waqt il-ballu se jkun hemm banda li tanima li dawk li jattendu.
Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ mil-llum u jistghu jinkisbu mill palazz tal-Belt jew fuq www.augustmoonball.com.