Il-Bajja ta’ Santa Marija u Blue Lagoon f’Kemmuna qegħdin ikunu mnaddfa tliet darbiet kuljum bil-għan li dawn il-bajjiet jinżammu nodfa hekk kif matul ix-xhur tas-sajf ikunu frekwentati minn bosta.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għal Għawdex li nnota kif f’Ġunju nġabru aktar minn 31 tunnellata ta’ skart. Dan ifisser li kull ġimgħa jinġabbru u jintremew xejn inqas minn 2,100 (elfejn u mitt) borża żibel.
Fl-istess stqarrija l-Ministeru appella biex kull min iżur Kemmuna jirrispetta l-ambjent u jieħu ħsieb il-bajja biex tibqa’ titgawda minn kulħadd.
