L-awtoritajiet f’Ċipru jinsabu mħassba, hekk kif il-bajjiet tagħhom jinsabu f’riskju wara li beda jinxtered żejt fil-Mediterran.
Dan wara li beda ħiereġ żejt minn impjant tal-enerġija mis-Sirja u l-kurrent qed iwassal żejt lejn it-Turkija u Ċipru.
Ritratti mis-satellita juru roqgħa żejt li tlaħħaq il-100,000 kilometru kwadru.
L-awtorijiet f’din il-gżira jinsabu attenti għal din is-sitwazzjoni, hekk kif l-impatt jista’ jkun katastrofiku.
Dan hekk kif dan il-ħruġ ta’ żejt jista’ jkollu impatt ekonomiku, minħabba li Ċipru tiddependi fuq it-turżimu.