Il-Bajja tax-Xemxija hija mill-ġdid tajba għall-għawm hekk kif tul dawn l-aħħar jiem ittieħdu diversi kampjuni tal-ilma tal-baħar li minnhom irriżulta li din iż-żona hija tajba għall-għawm.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan ħabbritu d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika fi stqarrija.
Ftit tal-jiem ilu, dan l-istess Direttorat kien ħareġ avviż sabiex il-pubbliku ma jgħumx f’din iż-żona iżda dan l-avviż issa ġie rtirat.