Il-bajja tal-Balluta ngħalqet b’mod temporanju dan fid-dawl tal-ħsara li ġarrbet kawża tal-maltemp tul dawn l-aħħar jiem.
Fi stqarrija l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Ministeru għat-Turiżmi qed josservaw mill-qrib it-tibdiliet li qed isir f’din il-bajja, dan b’rabta mal-proġett esperimentali fejn kien hemm riġenerazzjoni tal-bajja tal-Balluta. Fi stqarrija ntqal kif din il-bajja se tkun qed tinżamm taħt monitoraġġ sakemm jgħaddi l-maltemp. Dan hekk kif l-esperti se jkunu qed jassessjaw jekk ir-ramel intilifx għal kollox.
Fl-istess stqarrija ntqal minkejja li r-ramel naqas, xorta waħda hemm aktar milli kien hemm qabel saret ir-riġenerazzjoni fejn dan juri kemm hu effettiv il-proġett.