Għall-ewwel darba, il-bajja tal-Balluta għandha ramel naturali.
Dan wara li fi proġett pilota tal-Ministeru għat-Turiżmu, b’sinerġija mal-ERA, l-Awtorità tat-Turiżmu u dik taż-Żoni Turistiċi, sar xogħol biex ittella’ r-ramel naturali minn taħt l-ilma baħar u tpoġġa fuq il-bajja – li issa għandha tul ta’ 20 metru.
Il-bajja għandha faċilitajiet ta’ xawers, u fiha se jkun hemm beach supervisor kuljum flimkien ma’ żewġ lifeguards.
Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li dan kien biss proġett pilota u esperimentali, biex issa se tkun qed issir sorveljanza kuljum ħalli jiġi segwit l-impatt tal-mewġ fuq ir-ramel.
Dan bil-ħsieb li fix-xhur u snin li ġejjin, bajjiet oħra f’Malta u Għawdex, fosthom tal-Mellieħa u tax-Xlendi, ukoll ikollhom ramel naturali.