Reġa’ waqa’ ammont kbir ta’ blat mill-irdum, fil-bajja ta’ Fomm ir-Riħ fil-limiti tal-Imġarr.
Fil-fatt, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ġie mitlub biex jintervjeni u qed jieħu azzjoni immedjata, biex tiġi salvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara spezzjoni li saret f’din il-bajja irriżulta li hemm probabiltà kbira li iktar ġebel u tafal iċedi minn dan l-irdum.
Bħala prekawzjoni, b’mod immedjat, din iż-żona qed tingħalaq u mhux ser tkun aċċessibli għall-pubbliku, sakemm jiġi notifikat mod ieħor, hekk kif hija ta’ periklu.