Id-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji qed javża lill-pubbliku ġenerali li l-bajd kollu li preżentament jinsab għall-bejgħ fis-suq lokali hu kollu tajjeb għall-konsum.
Dan wara li riżultati ta’ kampjuni ta’ bajd li ttieħdu fl-aħħar jiem mill-irziezet lokali kollha rriżultaw fin-negattiv, għajr għal tlieta li kienu diġà rriżultaw pożittivi qabel u li qed ikomplu jinżammu taħt kontroll mid-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji.
Intant id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali se jibqa’ jsegwi s-sitwazzjoni globali permezz tar-Rapid Alert System.