Il-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji ddeskriviet il-Baġit 2025 bħala wieħed li, bil-miżuri mħabbrin, jagħti s-serħan tal-moħħ lin-negozji rappreżentati minnha.
Kumment li ta lil ONE News, Philip Fenech, Deputat President tal-Kamra tal-SMEs, qal li dan ukoll ipoġġi lin-negozji f’pajjiżna f’vantaġġ fuq dawk f’pajjiżi oħrajn.
“Dik hi xi ħaġa pożittiva ħafna u importanti ħafna u hi ta’ serħan il-moħħ, meħud kont ukoll is-sitwazzjoni li hemm internazzjonalment, allura din tagħtina vantaġġ lin-negozji li jistgħu jkomplu b’mod sostenibbli,” qal Fenech lil ONE News.