Il-Baġit li se jressaq il-Gvern għas-sena d-dieħla se jkun ieħor bla taxxi: baġit soċjali ieħor li se jgħin lil min jiflaħ l-inqas; baġit għall-ħaddiema u għal min iħaddem.
Dan qalu l-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, waqt laqgħa ta’ diskussjoni li kellu mal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (l-MCESD) dwar id-dokument ta’ qabel il-Baġit.
Il-Ministru Caruana ta s-serħan il-moħħ ukoll li l-Gvern se jkun qed jagħti aktar għajnuna mingħajr ma jżid il-piż fiskali fuq il-familji u n-negozji.
Qal ukoll li, għall-kuntrarju tal-kritika mill-Oppożizzjoni dwar l-għajnuna li ta l-Gvern waqt il-pandemija u biex itaffi l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna, fosthom dwar il-prezzijiet tal-enerġija, bl-għajnuna li se jkun qed jagħti l-Gvern fil-Baġit li ġej id-defiċit tal-pajjiż se jibqa’ stabbli.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul.
Aqra wkoll: