Il-Baġit għas-sena d-dieħla se jitħabbar it-Tnejn 9 ta’ Ottubru. Dan ikkonfermah ma’ ONE NEWS il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li kompla jindika li l-prijorita fil-baġit se tkun it-tisħiħ tal-infrastruttura. Għan ewlieni ieħor hu dak li kulħadd igawdi mill-ekonomija b’saħħitha ta’ pajjiżna.