Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Baġit għas-sena d-dieħla se jitressaq fit-30 ta’ Ottubru li ġej.
Dr Abela ħabbar dan permezz ta’ post fuq Facebook hekk kif spjega li l-Grupp Parlamentari dalgħodu ddiskuta l-programm leġiżlattiv biex ikompli jissaħħaħ pajjiżna. Dwar il-Baġit, Dr Abela sostna li dan se jkun mibni fuq il-ġid komuni, il-viżjoni tal-Gvern għal pajjiżna u t-twettiq tal-manifest elettorali Malta Flimkien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI