Kontra rapporti fil-midja, l-Awtorità tax-Xandir iċċarat il-fatt li l-għan tad-direttiva li ħarġet dwar programmar u reklamar fil-perjodu tal-kampanja elettorali hu li jkun hemm bilanċ bejn il-kandidati kollha fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Id-direttiva, li ntbagħtet lill-istazzjonijiet bħal f’kull elezzjoni, kienet tgħid li, b’rabta mal-Parlament Ewropew, ir-rapportaġġ għandu jkollu valur ta’ aħbar. Dwar dan il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija biex jgħid li l-kandidata tiegħu Roberta Metsola qed tkun iċċensurata.
Iżda, l-Awtorità tax-Xandir ċaħdet li, b’xi mod, din qed tiċċensura jew twaqqaf tali rapportaġġ marbut mal-Parlament Ewropew.
Dan ikompli jikkonferma li dak tal-Partit Nazzjonalista ma kien xejn għajr spin biex jipprova jaħbi l-fatt li Metsola qed tirrifjuta dibattiti ma’ kandidati bħalha għall-Parlament Ewropew, kif ġie żvelat minn ONE nhar is-Sibt.