‘Winter Wonderland’ – kunċert mill-banda tal-Pulizija li ser jitella nhar it-Tnejn li ġej lejliet il-Milied fil-Belt Valletta.L-edizzjoni ta’ din is-sena ser tkun waħda speċjali hekk kif hija l-25 waħda ta’ dan il-kunċert. ONE News segwa mill-qrib l-aħħar provi ta’ dan il-kunċert li ser ikollhu s-sehem ta’ diversi personalitajiet magħrufa.
Is-Surmast tal-banda, l-Assistent Kummissarju Anthony Cassar, ta togħma ta’ dak li ser ikun hemm fi Pjazza Teatru Rjal mis-6:30pm ’l quddiem.
“Għandna biċċa mużika ġdida oħra ta’ selezzjoni mużikali mill-isbaħ li għamel il-membru tagħna Simon Farrugia, mal-banda se jidħlu wkoll il-‘pipes’ tal-‘pipe band’ tagħna li kienet l-ewwel banda li kellha ‘Pipe Band’”
L-Assistent Kummissarju Cassar qal li mal-banda ser jingħaqdu diversi personalitajiet oħra magħrufa.
“Għandna wkoll ‘guest musician ensemble’ imbagħad għandna tim ta’ wħud mill-aqwa kantanti f’Malta li qed ibbażat fl-Isvezja u se jiġi apposta għall-kunċert; Dorothy Bezzina, Neville Refalo, Ozzy Lino, Kimberly Manicolo u l-membru tal-Korp tal-Pulizija l-Baritonu Paul Zammit u ċ-ċkejken Jan Camilleri”
Il-Kunċert ser jitella’ taħt l-Awspiċi tal-President Marie Louise Coleiro Preca, u minkejja li d-dħul huwa b’xejn ser jintlaqgħu donazzjonijiet għall-Malta Community Chest Fund.