Ħadd il-Għid ser jagħti bidu għall-festival internazzjonali tan-nar f’Malta li għal kuntrarju ta’ snin oħra, din is-sena ser ikun mifrux fuq sebat ijiem.
Fil-fatt il-21 edizzjoni ta’ dan il-festival ser jibda f’Għawdex nhar is-17 t’April u għandu sat-30 t’April jagħmel ir-ronda tiegħu f’diversi bliet u rħula f’pajjiżna fosthom fl-Imqabba u l-bajja tal-Għadira.
Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Gavin Gulia tkellem dwar l-impenn tal-Awtorità biex ta’ kull sena ttejjeb il-prodott tagħha u tħares ’il quddiem għall-kompetizzjonijiet li jsiru matul dan il-festival.
Qal, “Din id-darba se nifirxuha fuq sebat ijiem iġifieri se jkollna sitt postijiet differenti f’Malta fejn se jinħaraq in-nar imbagħad ikun hemm dik tas-soltu tal-ewwel ta’ Mejju fejn issir fil-Port il-Kbir.”
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo spjega li dan il-festival se jirritorna bil-kbir wara s-sitwazzjoni tul dawn l-aħħar sentejn ma ppermettietx li dan il-festival jiġi ċċelebrat fuq skala kbira.
SOT 2
Qal, “Lill-entużjasti tan-nar u l-kmamar u l-għaqdiet tan-nar kollha ta’ Malta ħa nagħtuhom iċ-ċans illi jipparteċipaw f’dan il-festival flimkien ukoll ma’ parteċipazzjoni internazjonali biex b’hekk inkomplu noħorġu s-sbuħija ta’ Malta u Għawdex kollha kemm hi u nsaħħu t-tradizzjonijiet, l-identità u l-kultura ta’ Malta.”
Il-Ministru Bartolo ħabbar li s-sena d-dieħla Malta se tkompli tkun fuq il-mappa piroteknika. Dan hekk kif Malta ser tkun qed tilqa’ simpożju internazzjonali dwar dan is-suġġett li ser tattira lejha dawk kollha interessati fil-logħob tan-nar.